Raġel li x’aktarx hu barrani pprova jisraq ammont ta’ flus kontanti minn spierija fi Triq R. Caruana Dingli fil-Mosta. Madankollu dan l-attentat falla.
L-attentat ta’ serqa seħħ is-Sibt filgħaxija, għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart ta’ filgħaxija, meta fl-ispiżerija kien hemm ammont sostanzjali ta’ flus kontanti fi tmiem ġurnata tax-xogħol.
Bil-każ ġew infurmati l-Pulizija li bħalissa għaddejjin bi tfittxija għar-raġel, li mill-ewwel informazjoni li għandna kien liebes jeans u hoody aħdar.
//= $special ?>