Biex jiġi ċċelebrat il-Jum Internazzjonali tal-Persuni b’Diżabilta’, nhar it-3 ta’ Diċembru, il-Forum Opportunitajiet Indaqs fi ħdan il-Partit Nazzjonalista qed itella wirja’ ta’ pitturi (mouth painting) mill-artist Michael Vassallo, resident fid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi fil-Foyer tad-Dar Ċentrali.
Fl-istess wirja se jkun hemm ukoll numru ta’ ikoni tal-injam u oġġetti oħra magħmulin minn persuni b’diżabilita li jattendu f’Dar il-Kaptan.
Din il-wirja fetħet il-Ġimgħa 28 ta’ Novembru u tagħlaq propju fil-Jum Internazzjonali tal-Persuni b’Diżabilta’ li beda jiġi ċċelebrat fl-1992 wara dikjarazzjoni mill-Assemblea tal-Ġnus Magħquda.
Din l-attivita’ torbot mal-għan tal-FOIPN, li permezz tal-ħidma tiegħu huwa kommess li jippromovi d-drittijiet ta’ persuni b’diżabilita’, joħloq għarfien ta’ issues konnessi ma’ diżabilita’ fis-soċjeta’, u jipproteġi d-dinjita’ ta’ persuni b’diżabilita’.
Il-wirja nfethet mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Chris Said, fil-prezenza tal-Membri Parlamentari Claudette Buttigieg u Paula Mifsud Bonnici, il-President tal-FOIPN, Graziella Schembri, kif ukoll il-membri l-oħra tal-Forum, Franco Vella u Wayne Hewitt.
//= $special ?>

