Iktar kmieni dalgħodu, vettura tat-tip Toyota IQ, b’kulur abjad, spiċċat inqelbet rasha l-isfel. L-inċident seħħ hekk kif il-vettura kienet nieżla lejn Triq il-Kosta, min-naħa ta’ Pembroke.
Għal xi raġuni l-vettura spiċċat qasmet fin-naħa opposta tat-triq, ħabtet mal-bankina u nqalbet.
Fortunatament, sorsi li tkellmu magħna kkonfermaw li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Il-Pulizija tinsab infurmata bil-każ u għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.
Ritratt: Maltese Roads Traffic Updates
//= $special ?>