Il-pulizija li spara u qatel liż-żagħżugħ iswed Michael Brown fil-belt Amerikana ta’ Ferguson, irriżenja mill-korp tal-pulizija.
Darren Wilson, li kien fuq leave amministrattiv mindu seħħ il-qtil, stqarr li hu ma riedx li jpoġġi ħajjet in-nies u tal-kollegi tiegħu, f’riskju.
Ir-riżenja tiegħu, sostna Darren Wilson, kienet “l-aktar ħaġa diffiċli” li qatt għamel f’ħajtu.
L-irvellijiet ħakmu l-belt ta’ Ferguson u bliet oħrajn fil-jiem li għaddew wara li ġurija ddeċidiet li Wilson ma kellux ikun akkużat dwar il-qtil. Għal ħafna residenti f’Ferguson, kienet biss kwistjoni ta’ ftit taż-żmien biex Wilson jirriżenja minn pulizija.
//= $special ?>