Lokali

FILMAT: Għal Evarist Bartolo, il-PN hu bħal mara li trid il-verġinita’ lura

Għall-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo, il-Partit Nazzjonalista huwa bħal mara li tmur tagħmel operazzjoni biex tikseb il-verġinita’ tagħha lura.

Evarist Bartolo kien qed jirredikola lill-Partit Nazzjonalista f’laqgħa li saret il-Ħadd filgħodu fil-Każin Laburista f’Birkirkara.

Fost l-oħrajn hu appella biex il-Prim Ministru Joseph Muscat ma jkunx imfixkel, ħalli ma jispiċċax ikollu jilqa’ l-‘autogoals’ ta’ nies mil-Labour stess.