Kurżitajiet

Filmat: Riedet tilgħab l-aħħar logħba qabel tmut

Fil-bidu ta’ dan ix-xahar Lauren Hill, żagħżugħa mill-Istati Uniti, lagħbet l-aħħar logħba basketball f’ħajjitha għaliex qed issofri minn tumur li ma jitfejjaqx f’moħħha.

Hill bdiet din il-logħba u lagħbet biss 47 sekonda qabel kellha toħroġ. Minkejja dan hi fetħet l-iskor għat-tim tagħha u wettqet dik li proabli se tkun l-aħħar ħolma ta’ ħajjitha. Din it-tfajla qed tipprepara għall-mewt hekk kif it-tobba tawha sa Diċembru ħajja.

Il-ħolma ta’ Hill ma kinitx biss li tilgħab l-aħħar logħba tagħha imma wkoll li permezz tal-isfortuna tagħha, tqajjem għarfien dwar it-tumur tagħha li jaffettwa l-iktar lil tfal ta’ bejn il-ħamsa u seba’ snin.

Filfatt Hill qattgħet l-aħħar jiem mindu saret taf x’għandha titkellem ma’ tfal li qed isofru bħalha, tagħmlilhom kuraġġ u tispjegalom dak li għaddejjin minnu. Min isofri minn dan it-tumur m’għandu l-ebda ċans li jsalva, u ftit li xejn għażliet ta’ trattament.