Lokali

Id-Deputat Laburista Marlene Farrugia tgħid li “kieku kont flok Mallia, kont nirriżenja”

Fl-intervista tal-ġimgħa pubblikata fuq Newsbook.com.mt, intervista mill-ġurnalist Karl Wright, id-Deputat Laburista Marlene Farrugia qalet li kieku kienet flok il-Ministru Manuel Mallia, kienet tirriżenja. Dan qalitu meta kienet qed titkellem dwar il-każ tal-isparatura tax-xufier tal-Ministru Manuel Mallia.

Fl-intervista, Marlene Farrugia qalet li hi kieku kienet flok Mallia kienet tirriżenja sakemm titlesta l-inkjesta maġisterjali.

Fl-intervista ma’ newsbook, Marlene Farrugia titkellem ukoll dwar diversi temi ohra.