Lokali

Ikompli l-ħabi fil-każ tal-farmhouse tal-Ministru Helena Dalli

Każ ieħor li ingħata prominenza fil-gazzetti tal-Ħadd hu l-iżvilupp fil-propjeta’ tal-Ministru Helena Dalli u r-raġel tagħha Patrick Dalli f’żona barra mill-iżvilupp fil-limiti taż-Żejtun.

The Sunday Times tirrapporta li Patrick Dalli ma ħalliex lil Jason Desira, ix-xerrej tal-propjeta’ tal-koppja Dalli milli juri dan il-konvenju lill-istess gazzetta. Il-gazzetta tgħid li s-Sibt filgħodu kienet miftiehma ma’ Desira sabiex tara kopja tal-konvenju. Stephen Desira qal li kellu jikkonferma ma’ Patrick Dalli jekk isibx oġġezzjoni li juri l-konvenju. Ftit wara dan, Desira ċempel lill-gazzetta biex jikkanċella l-appuntament.

Dwar l-istess każ tirrapporta wkoll il-gazzetta Il-Mument, li tiżvela kif fl-aħħar jiem, il-file tal-applikazzjoni ta’ żvilupp ta’ Patrick Dalli għal din il-propjeta’ għosfor mid-database tal-MEPA.