Fil-Gazzetta il-Mument illum kien żvelat ukoll li b’rabta mal-każ tal-isparatura tax-xufier tal-Ministru Mallia jeżistu recordings ta’ telefonati li saru dakinhar u li jagħtu stampa aktar ċara ta’ dak li ġara dakinhar filgħaxija.
Il-Mument tirraporta li mir-recordings jirriżulta li għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart ix-xuffier tal-ministru Manuel Mallia ċempel lill-Control Room tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija sabiex informa dwar l-inċident bejn il-vettura tal-ministru li kien qed isuq hu u l-vettura ta’ l-Iskoċċiż. Huwa beda jitlob l-intervent tar-Rapid Intervention Unit. Kien f’dan il-ħin li Sheehan, ix-xuffier tal-Ministru Mallia, beda jxejjer l-pistola fl-arja; pistola tat-tip Glock.
Fl-istess recording ix-xuffier jinstema’ jiġri b’nifsu maqtugħ kif ukoll jinstemgħu żewġ tiri; tiri li ħasdu lil min kien qiegħed iwieġeb it-telefonata tax-xuffier tal-ministru fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.
Minn tagħrif li għandna, jeżistu aktar recordings ta’ dakinhar filgħaxija.
Il-Mument tgħid ukoll li s-smiegħ tal-kumpilazzjoni fil-każ kontra Paul Sheehan ser tibda fid-9 ta’ Diċembru quddiem il-Maġistrat Aron Bugeja.
L-istess rapport f’Il-Mument jiżvela wkoll kif dan l-inċident kien it-tieni wieħed li kien jinvolvi l-karozza tal-Ministru Manuel Mallia misjuqa minn Paul Sheehan. Fil-fatt f’Lulju ta’ din is-sena l-istess vettura misjuqa mill-istess xuffier kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Ħal Far f’post ftit il-bogħod mir-residenza li fiha jinżammu l-Asjatiċi fl-istorja tal-allegat traffikar uman li jinvolvi l-Leisure Clothing ttemm tgħid il-Mument.
//= $special ?>