Il-Malta Cage Birds Association ser torganizza it-19 il-wirja annwali tagħha ġewwa il-Cottonera Sports Complex mis-12 sal- 14 ta’ Diċembru 2014.
Is-sena l-ohra kien hemm esebiti 1,831 għasfur, fosthom 400 verdun, kollha mrobbija hawn Malta. Izda din is-sena huwa mahsub li n-numru ta’ ghasfar se jkompli jizdied. B’hekk huwa mistenni li jiġu esebiti ħafna iktar għasafar. Fost l-għasafar li wieħed ser ikun jista’ jara ser ikun hemm kanarini, għasafar tal-għana, għasafar esotiċi, pappagalli, summien u gamiem.
Tmien ġurati internazzjonali minn madwar l-Ewropa ser jinġiebu apposta sabiex jiġġudikaw l-għasafar waqt din il-kompetizzjoni. Il-ftuħ uffiċjali ser isir nhar il-Gimgħa 12 ta’ Diċembru 2014 fis-6:00 pm. Il-wirja ser tkun miftuha għall-pubbliku s-Sibt 13 ta’Diċembru 2014 bejn id-8:00am u s-6:00pm u l-Ħadd 14 ta’ Diċembru bejn id-8:00am u 5:00pm.
Ser ikun hemm ukoll diversi stands minn fejn wieħed jista’ jixtri għasafar jew prodotti relatati mat-trobbija tal-għasafar.
//= $special ?>