Papa Franġisku illum jtemm żjara ta’ tlett ijiem fit-Turkija. Ir-raba’ darba li kap tal-Knisja Kattolika għamel żjara fit-Turkija li għandha maġġoranza assoluta tal-poplu Musulman. Il-bieraħ il-Papa talab fil-Moskea il-Kaħlanija flimkien ma’ l-għola kleriku Iżlamiku f’Istanbul.
Illum Papa Franġisku huwa mistenni li jkollu it-tieni laqgħa f’jumejn mal-Patrijarka Bartilmew l-ewwel tal-Knisja Ortodossa fejn fiċ-ċentru tad-diskussjonijiet ser ikun hemm it-tmiem tal-firda bejn il-Knisja ta’ Ruma u l-Knisja ta’ Kostantinopli. Firda li tmur lura għas-sena 1054.
Iż-żjara tal-Papa fit-Turkija, fejn hemm jgħixu madwar 120,000 Nisrani, kellha bħala l-mira ewlenija l-isforz sabiex reliġjonijiet differenti jersqu aktar qrib xulxin.
//= $special ?>