Uffiċjali fl-Olanda qalu llum li ġie rappurtat każ ieħor ta’ birdflu f’razzett tat-tjur – ir-raba’ każ f’dawn l-aħħar ġimgħat.
Il-Ministeru tal-Ekonomija qal li l-infezzjoni hi l-istess waħda tal-varjeta’ H5 li nstabet f’irziezet madwar l-Ewropa f’dawn l-aħħar ftit ġimgħat.
It-28,000 tajra f’dan ir-razzett partikulari se jinqatlu kollha.
Il-Ministeru qal li waqfien mit-trasportar ta’ prodotti mit-tjur ġie impost u li erba’ irzizet oħra fil-qrib qed ikunu eżaminati għal sinjali ta’ birdflu.
//= $special ?>