Internazzjonali

Jinħeles ġeneral Kolombjan

Ribelli tal-Falc fil-Kolombja ħelsu ġeneral tal-armata, u żewġ persuni oħrajn, li nħatfu ġimagħtejn ilu.

Il-President tal-Kolombja Juan Manuel Santos qal fuq Twitter li l-Ġeneral Ruben Dario Alzate u ż-żewġ persuni l-oħrajn ingħataw lil missjoni umanitarja mmexxija mis-Soċjeta’ Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar. It-tliet persuni ġew rappurtati li kienu qawwijin u sħaħ.

Il-ħtif tal-Ġeneral Alzate fis-16 ta’ Novembu ġiegħel lill-President Santos biex issospenda t-taħditiet ta’ paċi mar-ribelli f’Kuba.