Lokali

Muscat jgħid li mhux ser jaħrab mir-responsabbilta’ iżda jsostni li ser jibqa’ jistenna l-inkjesta

Il-Prim Ministru Joseph Muscat mhux se jkun qed jaħrab mir-responsabbilta’ politika tiegħu dwar il-każ ta’ Manwel Mallia, iżda madankollu se jistenna l-eżitu tal-inkjesta li ħatar biex tinvestiga il-każ.

Joseph Musact kien qed jitkellem fil-Każin Laburista l-Ħadd filgħodu, meta għal darb’oħra reġa’ sostna li jinsab iddispjaċut u rrabjat għal dak li seħħ. Filwaqt li ftaħar li hu Prim Ministru li jerfa’ r-responsabbilta’, baqa’ jinsisti li se jistenna l-eżitu tal-inkjesta li ħatar.

Din id-dikjarazzjoni Joseph Muscat għamilha fl-istess ġurnata li ġie zvelat li kien il-kelliem tal-Prim Ministru Kurt Farrugia li bagħat stqarrija mimlija gideb dakinhar filgħaxija tal-inċident.

Dwar it-twissija tal-Kummissjoni Ewropea għall-baġit tal-Gvern Laburista, Joseph Muscat qal li l-Unjoni Ewropea wissiet lill-Gvern peress li dan preżenta l-baġit f’Novembru minflok f’Ottubru, u din hija kwistjoni teknika li ‘l quddiem tiġi solvuta.

F’Birkirkara tkellem ukoll l-eks Ministru tas-Saħħa Godfrey Farrugia, li fid-diskors tiegħu li wissa lill-Gvern li għandu jibża’ għall-kreddibilta’ tiegħu