Lokali

Raġel Taljan imut f’inċident tat-traffiku

Raġel Taljan ta’ 57 sena residenti l-Mellieħa ġie ċertifikat mejjet wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Banjijiet Rumani fil-limiti tal-Imġarr.

Ir-raġel kien qiegħed isuq karozza Citroen Xsara Picasso lejn l-Imġarr meta laqgħat mara u daħal ġo barriera u wara ġo ħajt. L-investigazzjoni qegħda taħdem sabiex tistabilixxi jekk ir-raġel mietx b’kawżi naturali.

Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ordnat inkjesta. Il-Pulizija qed jinvestigaw il-każ.