Anzjana minn Tas-Sliema li lbieraħ filgħaxija kienet qed tattendi għall-quddiesa spiċċat fil-mira tal-ħallelin li daħlu f’darha, qallbu r-residenza u serqu dak kollu li sabu.
Qariba tal-anzjana spjegat kif il-mara baqgħet ixxukkjata b’dak li seħħ u diżappuntata li tilfet oġġetti sentimentali għaliha.
Dan kien biss wieħed mill-każi ta’ serq f’Tas-Sliema fl-aħħar jiem. Filfatt ilbieraħ ġiet arrestata mara barranija li nqabdet tisraq fil-fatt mis-sidien ta’ residenza li kif waslu lura d-dar indunaw bil-mara f’darhom u sakkruha ġewwa.
In-numru ta’ każi ta’ serq fl-aħħar jiem minn Tas-Sliema juru li għal darb’oħra din iż-żona reġgħet spiċċat fil-mira tal-ħallelin.
//= $special ?>