Lokali

The Malta Independent on Sunday tikxef każ ieħor ta’ ħabi

Il-gazzetta The Malta Independent on Sunday irrappurtat dwar ħabi f’każ ieħor. Dak tal-investigazzjoni dwar persuna li f’Awwissu li għadda, ipparkjat il-karozza b’tali mod li bblukkat il-helipad tal-Isptar San Luqa. Dakinhar, helicopter li kien qed iġġorr pazjent f’qagħda gravi minn Għawdex, ma setax jagħmel l-inżul tiegħu minħabba din il-karozza.

Fil-fatt, the Malta Independent tirrapporta li d-dettalji tal-karozza involuta sparixxew. Tfittxija li għamlet il-gazzetta, kemm fid-database ta’ Transport Malta kif ukoll dik tal-Pulizija, irriżulta li l-pjanċi tar-reġistrazzjoni m’għadhomx validi.

Fil-fatt fid-diskors tiegħu lil Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Chris Said għamel referenza għal din l-istorja li tkompli żżid l-mistoqsijiet dwar dan il-każ.