Raġel Niġerjan tressaq il-Qorti nhar il-Ħadd waranofsinhar wara li nqabad li kien qed jipprova jdaħħal f’Malta ftit iktar minn żewġ kilogrammi ta’ ħaxixa tal-Cannabis. Ir-raġel, li huwa residenti Trapani fi Sqallija, twaqqaf matul il-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd minn membri tal-Enforcement Unit tad-Dwana hekk kif wasal Malta minn Pozzallo. Id-droga kienet moħbija fl-inforra tal-ġakketta li kien liebes.
Ir-raġel wieġeb li mhux ħati u nżamm arrestat.
F’każ separat, raġel Malti ta’ 46 sena residenti San Pawl il-Baħar tressaq il-Qorti wara li nstab fil-pussess ta’ madwar 81 pillola suspettati li huma Ecstasy u 20 pakkett b’sustanza suspettata kokaina.
Ir-raġel kien arrestat wara spezzjonijiet tal-Pulizija f’Paceville.
Ir-raġel wieġeb mhux ħati u ingħata l-ħelsien mill-arrest taħt numru ta’ kundizzjonijiet imposti mill-Qorti.
//= $special ?>