Dalgħodu kompliet il-kumpilazzjoni dwar l-attentat ta’ qtil ta’ tarbija ta’ 11-il xahar. Attentat ta’ qtil li tiegħu qed jiġi akkużat raġel ta’ 27 sena minn Ħaż-Żabbar.. Ir-raġel ma jiġix missier it-tarbija imma jiġi s-sieħeb ta’ omm it-tarbija u l-każ imur lura għat-12 ta’ Settembru ta’ din is-sena.
Iżda hekk kif tkompliet il-kumpilazzjoni ħareġ li hu t-tarbija, li llum għandu erba’ snin, bħal oħtu wkoll kien ġie msawwat tant li sofra ksur f’rasu
Skont ir-records tal-isptar, dan it-tifel li kien għadu ta’ ftit xhur, kien iddaħħal l-isptar fl-2010 bi ksur fl-iskutella ta’ rasu. Dak iż-żmien ma kienux qamu dubji bil-ġrieħi jkunu meqjusa bħala aċċidentali. Madankollu fik-każ tat-tifla, li kellha anqas minn sena, s-sitwazzjoni kienet waħda differenti fejn l-ġrieħi ma kienux klassifikati bħala aċċidentali.
Ir-ragel li ismu ma jistax jixxandar jinsab mixli bl-attentat ta’ qtil tat-tarbija meta allegatament waddaba fil-kott taghha b’rabja kbira. L-espert tal-Qorti t-tabib Mario Scerri qal li t-tifla kellha ksur fil-femur,ghadma li tinsab ftit l-isfel mill-ġemb taż-żokra u l-irkoppa.
Scerri qal li fil-ksur fl-iskutella ta’ rasha t-tarbija kellha d-dmija kif kellha d-demm wara għajnejha u f’moħħha. Il-ġrieħi kompatibbli ma’ dak li jissejjaħ “shaken baby syndrome”.
Dwar l-istat prezenti tata-tarbija jidher li t-tifla qed tiżviluppa tajjeb u li tinsab f’eta’ li l-żvilupp tagħha għandu jgħinha biex tirkupra aħjar. Madankollu, f’dan l-istadju t-tobba ma jistgħux jgħidu, jekk din hijiex se tiżviluppa b’xi diżabilita’ ħafifa. Il-kaz għandu jkompli x-xahar d-dieħel
L-Ispettur Sylvana Briffa qed tmexxi l-Prosekuzzjoni filwaqt li l-Avukat Joseph Mizzi qed jidher għall-akkużat.
//= $special ?>

