Il-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) ordnat direttiva għax-xufiera tas-servizz tal-linja minħabba diffikulta’ fir-rata ta’ ħlasijiet tal-overtime.
Il-UĦM ordnat lix-xufiera biex mil-lum ma jilbsux l-ingravata. U dan sar biex id-direttiva ma tkunx waħda li timpinġi fuq kwistjonijiet jew taħdidiet li għaddejin bħalissa invista tas-servizz il-ġdid tal-linja.
Malli dalgħodu daħlet id-direttiva tal-UĦM, jidher illi mal-ewwel bdew dawk li dehru bħala theddid fuq l-istess xufiera minn naħa tal-Malta Public Transport.
Infurmati li uffiċjali kienu qed jheddu lill-ħaddiema li jekk ma jilbsux l-ingravata ma kienux se jingħataw ċans jidħlu mal-operatur il-ġdid tat-trasport pubbliku.
Sadatant, MaltaRightNow.com hu nfurmat li l-problemi fil-ħlas tal-overtime huwa marbut mal-fatt li r-rati li bihom qed jitħallsu x-xufiera m’humiex skont dawk maqbula fil-ftehim kollettiv.
//= $special ?>