Lokali

Filmat: Il-Kapuċċini Maltin ifakkru b’mod oriġinali s-sena tal-ħajja konsagrata

B’filmat oriġinali fuq Facebook, iffurmat minn serje ta’ messaġġi qosra, il-Kapuċċini Minuri ta’ Malta qed ifakkru l-2014/15 bħala s-sena ddedikata għall-ħajja konsagrata.

Fil-filmat, li juri s-simpatija’ ta’ dawn il-persuni li ddedikaw ħajjithom għal din il-vokazzjoni, il-Kapuċċini jispjegaw il-ħajja tagħhom bħala patrijiet. Segwi l-filmat hawn.

Il-Kapuċċini f’Malta, li jinsabu fil-Kalkara, San Ġwann, ix-Xemxija, il-Marsa fil-Parroċċa tat-Trinita u Marija Reġina kif ukoll fil-Floriana, jagħmlu ħafna xogħol fil-komunitajiet fejn jaħdmu, kif ukoll fi sptarijiet, il-ħabs, fost il-Pulizija u jieħdu ħsieb ukoll il-Fondazzjoni Suret il-Bniedem.

Segwi l-attivitajiet tal-Kapuċċini Maltin fil-paġna ta’ Facebook Capuchin Flame.