Lokali

“Għandna Prim Ministru li tilef il-kredibbiltà”

L-inkjesta li ikkummissjona l-Prim Ministru dwar l-isparatura mix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia ma tista’ qatt tistabilixxi responsabbilta’ politika għaliex dik hi biss responsabbilta’ tal-Prim Ministru.

Dan sostnieh il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil waqt dibattittu mal-Prim Ministru Joseph Muscat fil-programm Reporter fuq TVM. Segwi siltiet mill-interventi tal-Kap tal-Oppożizzjoni hawnhekk.

Quddiem din is-sitwazzjoni, u wara li ilu fil-gvern sena u nofs, Joseph Muscat għandu issa jibda jaġixxi.

Fil-programm kienu diksussi wkoll diversi temi, fosthom l-aspett soċjali u l-mod kif il-Prim Ministru qal li s-‘single mothers’ u s-‘single fathers’ mhumiex professjoni.

Suġġetti oħra kontroversjali kienu l-power station fejn il-Prim Ministru kien iffaċċjat bid-dikjarazzjonijiet tiegħu stess qabel l-aħħar elezzjoni, meta wiegħed li jirriżenja jekk ma titlestiex il-power station f’sentejn. Dwar id-dejn tal-pajjiż, il-Kap tal-Oppożizzjoni ġab fatti li juru kif dan il-gvern għamel dejn enormi fl-ewwel sena tiegħu.

Kriitka oħra tal-Kap tal-Oppożizzjoni kienet dwar ir-rabta li l-gvern għamel biex il-pajjiż jixtri biss enerġija miċ-Ċina. Simon Busustitl spjega kif anki għall-futur dan hu perikoluż għall-pajjiż.

Iktar dettalji dwar id-dibattitu, fil-ħarġa ta’ għada ta’ In-Nazzjon.