Argument bejn żewġ nisa fl-Uffiċċju tal-Assistent Direttur għall-Proġetti u Żvilupp fil-Ministeru għal Għawdex wassal għal kommossjoni sħiħa, hekk kif l-inċident eskala b’tali mod li anke kellhom jissejħu membri mill-Korp tal-Pulizija.
Jirriżulta li fl-argument kienu nvoluti s-Segretarja tal-Assistent Direttur Lorry Apap (ritratt), li hu magħruf sew bħala persuna qrib ħafna tal-Ministru Anton Refalo, u mara oħra li daħlet fl-Uffiċċju bit-tama li titkellem ma’ Apap. Wara ftit sekondi minn x’ħin il-mara daħlet fl-Uffiċċju ta’ Apap, instema’ wkoll għajjat qawwi miż-żewġ nisa.
Mhux magħruf x’wassal biex l-argument eskala daqstant, hekk kif persuni li kienu għall-kwiet fi Pjazza San Franġisk raw xena “bħal tal-films” b’ħames Pulizija mill-Iskwadra tal-Mobile jiġu jiġru għas-sokkors tal-impjegati mal-Ministeru għal Għawdex.
//= $special ?>