Il-każ Manwel Mallia u l-Baġit 2015 mistennija jkunu temi ewlenin fid-dibattitu tal-lejla fuq il-PBS bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.
Id-dibattitu bejn il-mexxejja politiċi waqt il-programm Reporter, jibda għall-ħabta tal-21:55pm. Bla dubju li f’dan il-programm se jerġgħu jitqajjmu temi kurrenti bħall-iskandi li ssemmew fil-media dan l-aħħar, ir-responsabbilta’ politika, u l-każ tal-isparatura tax-xufier tal-Ministru Mallia.
//= $special ?>