Illum komplew iċ-ċerimonji tal-gradwazzjonijiet: din id-darba kien imiss lil istudenti mill-Fakulta’ tat-Teoloġija, l-Istitut tal-Istudji Ewropej, l-Akkademja Mediterranja tal-Istudji Diplomatiċi u l-Istitut Mediterranju.
Mill-Fakulta’ tat-Teoloġija, b’kollox gradwaw 225 student, 15-il student mill-Istitut tal-Istudji Ewropej, 31 student mill-Akkademja tal-Istudji Diplomatiċi u 69 student mill-Istitut Mediterranju.
U dalgħodu numru sabiħ ta’ studenti saħansitra żaru d-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, fejn intlaqgħu mill-uffiċjali tal-partit, li awguralhom fis-suċċess li kisbu permezz tal-istudji tagħhom.
Għal dawn l-istudenti, il-qofol tal-jum kienet il-quddiesa fil-Knisja tal-Ġiżwiti, ċerimonja li bdiet fl-4.30 ta’ wara nofsinhar.
Intant, iċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni mistennija jkomplu, b’għada jiggradwaw l-istudenti kollha tal-Fakulta’ tal-Arti, l-Iskola tad-Drama u l-Istitut tal-Istudji Turistiċi, fost oħrajn.
//= $special ?>

