Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum it-Tnejn, l-1 ta’ Diċembru.
IN-NAZZJON jirrapporta fid-dettall id-diskors li sar ilbieraħ mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil fi tmiem il-Kunsill Ġenerali tal-PN. Jirrapporta ukoll li l-Kap tal-uffiċċju tal-Komunikazzjoni f’Kastilja, Kurt Farrugia, ċempel lill-Ministru Mallia biex iserraħlu rasu dwar l-isparatura tad-19 ta’ Novembru.
L-ORIZZJONT tikkwota lill-Prim Ministru jgħid li “Kuljum hawn persuna f’Malta li qed issib post tax-xogħol.”
THE MALTA INDEPENDENT tirrapporta kif xufier ta’ xarabank tal-iskola offra €50 lil tifla ta’ 14-il sena biex tagħmel sess miegħu.
THE TIMES OF MALTA b’ritratt prominenti fil-faċċata li jfakkarna fiż-żjara li għamel il-Papa fit-Turkija, filwaqt li fi storja oħra naqraw illi l-Knisja f’Malta mhux se tibqa’ taċċetta tkaxkir tas-saqajn fl-investigazzjonijiet dwar akkużi ta’ abbużi sesswali minn membri tal-kleru.
//= $special ?>