Dikjarazzjonijiet li d-Deputat Nazzjonalista u Segretarju Ġenerali tal-PN Chirs Said kien għamel fil-konfront tal-eks Deputat Laburista u Kap Eżekuttiv tal-PL Gino Cauchi kienu dikjarati mill-qorti bħala mhux libelluzi fil-konfront tal-istess eks deputat Laburista.
Kien il-Magistrat Franco Depasqualue li ddeċieda kawża ta’ libell li Gino Cauchi għamel kontra Chris Said u l-editur tal-PBS Reno Bugeja dwar dikjarazzjonijiet li Chris Said kien għamel waqt il-programm TVAM f’Ġunju 2013 fejn sostna li Gino Cauchi kien impjegat mal-Gvern u fl-istess waqt CEO tal-PL.
Bħala prova ta’ dan Chris Said kien wera screen shot li kienet turi li Gino Cauchi kien indikat fis-sistema komputerizzata tal-gvern bhala ufficjal tas-Segretarjat tal-Prim Ministru Muscat.
Fix-xhieda tiegħu Gino Cauchi qal li hu kien għamel tliet xhur jaħdem f’Kastilja imma mhux bħala impjegata bi ħlas iżda għaliex wara l-elezzjoni l-Prim Ministru kien talbu biex flimkien ma’ ftit nies oħra u għal ftit żmienu jgħinnu fl-uffiċju tal-Prim Ministru.
Fil-programm Chris Said kien insista li mill-website tal-Uffiċju tal-Prim Ministru kien jidher li Gino Cauchi kien impjegat f’dan l-uffiċju.
Jirriżulta li iktar tard din l-informazzjoni tneħħiet minn fuq is-site tal-ufficcju tal-Prim Ministru.
Il-Qorti stabbiliet u qalet li d-dikjarazzjonijiet li għamel Chris Said kienu minnhom u li dawn jirriżultaw bħala fatt.
Il-Qorti qalet li l-fatti li ipproduċa Chris Said huma korretti u sostniet li meta persuna tagħżel li tidħol fil-politika hi qed tagħżel li tkun suġġetta għal skrutinju ikbar minn dak ta’ ċittadini komuni.
Il-Qorti appellat lill-politiċi biex ikunu iktar tolleranti għall-kummenti li jsiru fuq l-operat tagħhom.
//= $special ?>