Filwaqt li kulħadd jaf li d-droga hi l-għadu tas-saħħa, proġett ġdid li qed jittella fir-Renju Unit u li jibbaża fuq il-grafika u l-Internet għandu jixxokkja lill-individwu waqt li jippreżentalu ‘dimostrazzjoni ċara’ tal-ħsara fiżika gradwali li jgħaddu minnha l-persuni vizzjati.
Sensiela ġdida ta’ GIFS (Graphics Interchange Format) — sistema li tintuża regolarment għall-grafika ppreżentata fuq il-websajts — juru l-impatt terribbli tas-sustanzi illegali fuq in-nies li qabdu l-vizzju tad-droga. Il-GIFs huma parti minn proġett bl-isem ‘Faces of Addiction’ u li organizzatu Rehabs.com – organizzazzjoni edukattiva li trid tqajjem għarfien akbar dwar l-effett tad-droga fuq il-bniedem.
Kuntrarju għal ritratti komuni fuq stil ‘before and after’, dawn il-GIFs jippermettu lill-persuna li tikkollega mas-sistema biex issegwi l-fażijiet tat-tmermir tal-ġisem fost l-ivvizzjati. Il-proġett jikkonċentra, fost oħrajn, fuq 13 il-individwu li ma jissemmewx u li spiċċaw arrestati, tul is-snin, b’konnessjoni mal-akkużi marbuta mal-abbuż ta’ droga bħall-eroina, l-kokaina u l-pilloli għal kontra l-uġigħ.
Il-websajt iwassal messaġġ li n-nies bil-vizzju tad-droga jissugraw li jitilfu kollox – il-familja, sħabhom, id-dar u l-għajxien tagħhom. Il-messaġġ ikompli li ‘l-impatt tal-vizzju ma jidher imkien evidenti daqskemm jidher fuq l-uċuh tal-ivvizzjati infushom’.
L-effetti xokkanti tal-abbuż tad-droga li wieħed jara fis-serje tal-GIFs ivarjaw minn ġerħiet madwar il-ġisem sa każi fejn is-snin litteralment ‘jaqgħu’ minn ġol-ħalq tal-individwu. Jimpressjonaw ukoll l-effetti tad-droga ‘li jxejjħu lill-ivvizzjat bis-snin’.
Il-messaġġ ikompli li filwaqt li l-ivvizzjat ibati l-effett dirett tal-abbuż tad-droga, hu, f’ħafna drabi, jintelaq u ma jagħtix każ l-iġene personali u d-dehra fiżika, tant tkun kbira l-ossessjoni tiegħu biex jakkwista d-droga ‘akkost ta’ kollox’.
//= $special ?>