Internazzjonali

FILMAT: It-Taliban issa qed jużaw għasafar mimlija splussiv

Il-pulizija Afgana qatlet għasfur talli kien mgħammar, mit-Taliban, b’materjal splussiv, GPS tracker u detonatur.

Ufficjali attenti llokalizzaw l-għasfur suspettuż fil-provinċja ta’ Faryab fit-Tramuntana tal-pajjiż, qrib il-fruntiera mat-Turkmenistan.

L-għasfur kellu diversi wires ħerġin mir-rix tiegħu, detonatur permezz ta’ mowbajl u ‘libsa protettiva’ disinjata apposta.

Il-pjan inkixef meta suldati suspettaw li kien hemm xi ħaġa suspettuża u fetħu n-nar fuqu.