Il-prezzijiet taż-żejt mhux maħdum niżlu aktar fl-Asja lbieraħ, għal dawk rekord, li qed iwasslu għal bejgħ kbir b’riżultat tad-deċiżjoni li ttieħdet mill-Organizzazzjoni tal-Pajjiżi li Jesportaw iż-Żejt (OPEC) biex tikkontrolla l-produzzjoni taż-żejt f’suq li għandu provvisti kbar.
Il-kejl Amerikan West Texas Intermediate (WTI), għal żejt li twassal f’Jannar, niżel b’ $1.55 kull barmil, fin-negozju bikri fl-Asja, għal $64.60 – l-aktar livell baxx sa minn Lulju 2009.
Il-Brent Crude għal Jannar niżel b’$1.84 għal $68.31 – ‘il isfel mil-livell psikolġikament importanti ta’ $70.
L-investituri qed jaraw li ż-żejt mhux maħdum qed jibqa’ vulnerabbli wara l-aħbar mill-OPEC matul il-ġimgħa li għaddiet”, stqarr Michael McCarthy, il-kap strateġista tas-suq f’CMC Markets f’Sydney.
“Għadna ma rajniex xi forma ta’ aħbar jew żvilupp li jista’ jwassal għal ċaqliq fil-prezzijiet,” sostna McCarthy.
Id-daqqa ‘l isfel fil-prezzijiet seħħet wara li t-12-il pajjiż membru tal-OPEC għażlu, fis-27 ta’ Novembru, li jikkonttrollaw il-limitu tal-produzzjoni kollettiva għal 30 miljun barmil kuljum, fejn kienet għal tliet snin.
L-OPEC irrifjutat li taqta’ il-produzzjoni minkejja ħafna provvisti li wasslu biex il-prezzijiet niżlu drastikament b’aktar minn terz f’Ġunju, bl-analisti javżaw dwar aktar prezzijiet baxxi fil-jiem li ġejjin.