Internazzjonali

Iz-zija ta’ Kim Jong Un mietet minn puplesija wara argument fuq it-telefon

Iz-zija tad-dittatur tal-Korea ta’ Fuq, Kim Jong Un mietet minn puplesija waqt argument sħun fuq it-telefon dwar l-eżekuzzjoni ta’ żewġha.

Kim Kyung Hui, ta’ 68 sen, kienet oħt Kim Jong Il, missier id-dittatur attwali u x’aktarx l-aktar persuna prominenti fir-reġim oppressiv.

Kim Kyung Hui qrib ħafna ta’ ħuha, Kim Jong-Il għal għexieren ta’ snin, fejn kellha karigi għoljin fil-partit u kienet saret ġeneral b’erba’ stilel fl-2010.

Iżda żewġha, Jang Song Thaek, inqatel f’Diċembru minn grupp ta’ suldati.