L-ewwel toqtol lill-mara tiegħek – imbgħad tmur fuq Facebook tikteb, kwazi kwazi tiftahar, illi ħlist minnha! Hija din l-istorja ta’ Cosimo Pagnani, ir-ragel li l-Ħadd xejjer diversi daqqiet ta’ sikkina lejn martu, li evantwalment mietet fl-isptar.
Il-każ seħħ waqt argument bejn il-koppja f’Salerno. Għalkemm fuq il-Facebook ta’ Pagnani dehret din il-kitba bħal donnu qed jifraħ li qatel lil martu, il-Pulizija qed jaġixxu b’kawtela kbira – uħud qed jagħtuh il-benefiċċju li seta’ ma kienx hu stess li kiteb dak il-kliem fuq Facebook jew inkella li inkiteb l-istatus qabel twettaq id-delitt.
//= $special ?>