Internazzjonali Kultura Mużika

Jirrifjutaw li jdoqqu kanzunetti tal-Milied

Żewġ Djs tar-radju, fir-Renju Unit, qed jissugraw li jitilfu xogħolhom għal punt ta’ prinċipju – f’dan il-każ li ma jdoqqux il-kanzunetti tal-Milied, fil-ġimgħat li ġejjin.

Robin Banks u Neil Veglio qed jaqsmu t-titlu ‘Scrooge tax-Xandir’ wara li rrifjutaw li mqar iħarsu lejn it-tracks u l-kanzunetti bħal Last Christmas, ta’ Wham; Merry Xmas Everybody, ta’ Slade u Fairytale of New York ta’ Kirsty MacColl and the Pogues, qabel, imqar, it-23 ta’ Diċembru.

Skont Banks, ‘dan hu punt fejn taqbel jew ma taqbilx’, bid-DJ iwassal il-messaġġ li ‘kulmin irid jisma l-kanzunetti tal-Milied irid biss jaqleb il-frekwenza għal stazzjonijiet oħra tar-radju li qed idoqquhom regolarment’.

Banks u Veglio jippreżentaw il-breakfast show għall-Istazzjon Jack FM, f’Reading, Berkshire, u l-Kap tal-Istazzjon, Gavin Harris, insista li ‘beħsiebu jagħti lis-semmiegħa dak kollu li qed jistennew li jisimgħu’.