L-isem Mohammed sar l-aktar isem tas-subien popolari fir-Renju Unit waqt li Sophia hi l-għażla preferuta għall-bniet.
Dawn iż-żewġ ismijiet huma ‘l-aktar popolari tas-sena’ skont il-websajt, Babycentre, li jipprovdi lista tal-aqwa 100 isem għall-2014 — bil-lista tiżvela wkoll qabża enormi fl-ismijiet Għarab.
Fil-fatt, Mohammed tela’ mis-27 post sal-quċċata tal-lista, fejn jieħu post Oliver — isem Ingliż tradizzjonali. Sadanittant, l-isem Maryam qed isir l-aktar popolari fost l-ibniet fir-Renju Unit meta jinsab fil-35 post (wara qabża ta’ 59 pożizzjoni) tal-lista ta’ Babycentre. F’din il-lista jispikkaw ukoll ismijiet bħal Nur, Omar, Ali u Ibrahim.
Sarah Redshaw, il-managing editor ta’ Babycentre, qalet li filwaqt li Mohammed hu isem tradizzjonali fost il-familji Musulmani, iż-żieda fl-ismijiet Għarab għas-subien u l-bniet fil-lista tal-Aqwa 100 tindika kemm ir-Renju Unit hu pajjiż li jemmen fid-diversita.
Intant, il-lista tissuġġerixxi li ismijiet ‘klassiċi’ mis-snin sebgħin, bħal John, Emma, Sarah u Maria, ukoll qed iżidu l-popolarita fost il-Britanniċi.
//= $special ?>