Lokali Qorti

Liberta’ proviżorja għal Rumen mixli bi traffikar Rumeni u li kien jużahom għall-prostituzjoni

Rumen mixli bi traffikar ta’ żewġ nisa u li sfurzahom jagħmlu xogħol ta’ prostituzzjoni ingħata l-liberta’ proviżorja wara li l-Qorti semgħet diversi persuni jixhdu fuq il-każ. Il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Alexandru Onofrei ta’ 26 sena, kompliet it-Tnejn fejn huwa qed jwieġeb mhux ħati li żamm lin-nisa kontra l-volonta’ tagħhom billi ssekwestrahom, u li għax minn fuq il-prostituzzjoni, kif ukoll li mexxa burdell.

L-Ispettur Antoine Cilia mit-Taqsima tar-Rapid Intervention Unit (RIU) qal li huwa kien investiga rapport ta’ storbju f’Ħal-Qormi. Mar fuq il-post wara li xi uffiċjali tal-Pulizija kien infurmawh li l-appartament li kien mikri lill-akkużat kien qed jintuża għal skopijiet ta’ prostituzzjoni. Il-Pulizija kien daħlet fir-residenza u arrestat lil Onofrei, li dak il-ħin kien bilqiegħda fil-“living room”.

Minn naħa tiegħu s-Surġent Wayne Borg xehed li fis-7 ta’ Settembru huwa kien wasal fl-appartament f’Ħal Qormi fejn hemm kien diġa sab lil tal-RIU. Hemm qal kien hemm erba’ persuni, tliet nisa u Onofrei. Mara minnhom qalet li kien Onofrei li ħajjarha tiġi Malta biex tibda familja miegħu, iżda wara l-akkużat tefa’ ritratt tagħha fuq sit li tissejjaħ “escort site.” Din biex min jidħol fiha jkun jista’ jagħmel kuntatt magħha għal skopijiet sesswali.

Xehed ukoll sid il-post li qal li huwa kien kera propjeta’ li għandu, li tinsab bieb ma’ bieb ta’ fejn joqgħod hu fil-Kappara, lil żewġ nisa Rumeni, u dan permezz ta’ aġent. Wara 15-il ġurnata huwa kien temm il-kirja. Huwa qal li kien jara ħafna rġiel deħlin u ħerġin fil-propjeta’ u li kienu jdumu fil-post bejn kwarta u 20 minuta. Qal li kienet il-mara tiegħu li tefgħet lir-Rumeni l-barra.
Il-Maġistrat Ian Farrugia talab lil sid il-post jgħidlu x’kien jara u jisma. Dan qallu li kien ikun hemm ħafna movimenti u dan l-aktar wara t- 8pm. Huwa qal wkoll li għal diversi drabi kien jara lill-akkużat jipparkja karozza BMW bajda u jidħol fl-appartament.

Raġel ieħor xehed li huwa kien kerha l-post tiegħu f’Ħal Qormi lil Onofrei u raġel ieħor f’Mejju li għadda. Kien ġie ffirarmat kuntratt ta’ sitt xhur u li dawn qalulu li l-“partners” tagħhom kienu se jingħaqdu magħhom.

Qal li Onofrei kien ħallas id-depożitu fuq l-appartament u ż-żewġ pagamenti l-oħra kienu saru minn mara u li l-ħlas dejjem sar bi flus kontanti.

Wara tmiem il-kuntratt ta’ sitt xhur, kien sar ftehim ieħor, iffirmat minn oħt Onofrei u dan peress li l-akkużat kien il-ħabs Huwa ddeskriva lil Onofrei bħala inkwilin tajjeb u li qatt ma kellu problemi mniegħu. Qal li darba biss kien waqa’ lura fikl-ħlas miegħu bil-każ jiħi riżolt b’mod amikevoli u dan wara li qallu li jekk se jerġa jirrepetiha, kien se jitfgħu l-barra. Huwa għaraf lil Onofrei fil-Qorti. .

L-Avukat Giannella De Marco li qed tidher għall-akkużat, talbet lill-Qorti bnikex id-Direttur tal-ħabs jippreżenta “recording” speċifiku ta’ telefonata li sare lill-akkużat. Qalet li din saret minn waħda minn nisa, Anisoara, meta hu kien il-ħabs.  L-Avukat De Marco qalet li l-Qorti li “recording” fiha ammissjoni minn Anisoara li kienet gidbet minħabba li beżgħet li jeħdulha lit-tifla.
L-Avukat iddeplorat il-fatt li minkejja li hi kienet għamlet din it-talba f’Novembru, fejn kienet talbet lid-Direttur tal E-Cabs biex jixhed, ħadd ma kien ġie notifikat. L-Avukat De Marco qalet li dan ix-xhud huwa relevanti ħafna għal każ u dan peress li meta l-akkużat kien l-Italja, in-nisa kienu jużaw il-kumpanija tal-E-Cabs biex jiltaqgħu mal-irġiel.

Il-Qorti laqgħet it-talba għal liberta’ proviżorja fuq depożitu ta’€10,000 deposit u garanzija personali ta’ €15,000. Kien ordnat ukoll li Onofrei ma jistax iħalli Malta jew li jersaqw lejn xhieda u li jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija kuljum u ma joqgħodx barra matul il-lejl. Il-ka’ ikompli f’Jannar.