Filwaqt li (kważi)l-impenji għad-dieti kollha jtiru mar-riħ matul il-festi tal-Milied, qed jidher li aktar persuni li jieħdu ħsieb it-tisjir tradizzjonali huma konxji li jibbażaw fuq ingredjenti tajbin għas-saħħa ġenerali u li ‘ma jħallux effett fuq il-piż’.
Għalkemm dawn huma festi sinonimi mal-parties — fejn jispikkaw l-ikel u x-xorb bla rażan — jidher li, almenu fir-Renju Unit, hemm min jippreferi ingredjenti bħall-quinoa u l-coconut oil aktar milli l-mince pies u x-sherry tradizzjonali.
Din is-sena, il-konsumaturi fir-Renju Unit jistgħu jagħżlu minn varjeta ta’ ‘healthy hampers’ li fihom minn kollox — minn fliexken tal-vitamini sal-ħaxix u l-imquħ tajbin għas-saħħa.
U f’dan il-Milied — skont studju għall-istampa — qed issir promozzjoni qawwija għall-ikel ta’ benefiċċju għas-saħħa (u li wkoll għandu jinżel tajjeb waqt il-festi) bħall-muesli, it-trab tal-proteina hemp u l-goji berries.
Eżempju ta’ ‘healthy and fit’ hamper joffri, fost oħrajn, trab tal-proteina hemp, magnesium flakes, vitamina C u tipi ta’ butir b’livell ta’ kolesterol baxx jew negliġibbli. Hampers oħra, imbagħad, jipprovdu elementi u ingredjenti simili, inklużi kwalitajiet ta’ herbal tea, coconut water u pesto tat-tadam ‘sundried’.
//= $special ?>