Militanti Iżlamiċi qatgħu r-ras ta’ pulizija Tuneżin f’attakk li seħħ qrib il-fruntiera mal-Alġerija.
Kelliem għall-Ministeru tal-Intern qal li l-pulizija u ħuh inħatfu mill-vettura tagħhom fiz-zona ta’ Kef fil-Majjistral tat-Tuneżija.
Ħu l-pulizija nħeles iżda l-pulizija nqatel mill-militanti.
L-attakk ġara hekk kif it-Tuneżija qed tipprepara għal elezzjoni presidenzjali fl-aħħar stadju tat-tranżizzjoni tal-pajjiż għad-demokrazija.
Beji Caid Essebsi, il-mexxej tal-partit Nidaa Tounes, se jkun qed iħabbatha mal-president temporanju Moncef Marzouki, sostenitur dwar id-drittijiet tal-bniedem. Min jirbaħ l-elezzjoni se jkun l-ewwel mexxej elett demokratikament.
Analisti dwar ir-relazzjonijiet internazzjonali qed jgħidu li waħda mill-isfidi tal-president il-ġdid se tkun il-ġlieda kontra l-estremiżmu Iżlamiku, li żdied mindu l-mexxej awtoritarju Zine El-Abedine Ben Ali waqa’ mill-poter fl-2011.
//= $special ?>