Intant l-esperjenza ta’ Rowen Muscat fl-Ungerija wkoll inbidel għal waħda negattiva ma’ Dunaujvaros PASE.
Muscat li għandu 23 sena qal li l-klabb għandu problemi finanzjarji li qed jaffettwaw il-plejers barranin kollha.
“Fl-ewwel 10 logħbiet kollox kien sew. Wara l-logħba mal-Italja meta ġejt lura l-kowċ qalli li għandu bżonn itini weekend off u peress f’ġimgħa kelli tliet logħbiet. Kienet l-ewwel logħba home u fiha lagħab biss bil-plejers Ungeriżi. Il-ġimgġa ta’ wara lagħab bl-istess tim u ta’ wara wkoll. Tliet partiti li fihom l-ebda plejer barrani ma’ lagħab.
Wara l-logħba kontra l-Bulgarija kellimni l-kowċ u qalli li għandhom problema finanzjarja u ma jistgħux iħallsu għal dawn it-tlieta u erba’ xhur. Qalli li f’Diċembru jekk jiġi tim nista’ mmur b’xejn. Kien hawn li rrealizzajt li dan irid ineħħi l-barranin kollha. Issa għandi xahar paga b’lura imma qalulna li f’Jannar se jħallsuna kollox. Għandi 23 sena u ma nistax nibqa’ ma nilgħabx. Il-kowċ beda jipprova jdawwara li qed jilgħab bl-Ungeriżi imma dan mhux minnu għax kieku kont jien biss li mhux qed nilgħab nifhem, imma ladarba l-barranin kollha mhux qed jilagħbu sinjal li kien hemm xi ħaġa ħażina u jriduna nitilqu. Issa li mhux qed nilgħab u mhux se nitħallas ma nistax inkun kuntent. Ma nistax nagħmel sal-aħħar tal-istaġun hekk. Issa qed nipprova nġib il-karti li għandi bżonn biex niċċaqlaq anke jekk l-aġent tiegħi qalli biex na ngħaġġilx.”
Muscat qal li ma jeskludix li jirritorna ma’ B’Kara, imma l-ħolma tiegħu tibqa’ li jilgħab ma’ klabb barrani u l-aġent qed jaħdimlu għal xi klabb fl-Awstrija jew il-Ġermanja.
“Bqajt f’kuntatt kontinwu mal-kowċ Paul Zammit li qed jgħinni ħafna psikoloġikament,” qal Muscat meta kien intervista waqt il-programm Replay Ikomplu fuq Radio 101 ilbieraħ.
//= $special ?>

