Lokali

Raġel xurban jiġġieled fuq tal-linja

Ġlieda li seħħet ftit tal-ħin ilu f’vettura tat-trasport pubbliku wasslet għal kommossjoni sħiħa, tant li l-vettura kellha tieqaf sakemm ġew il-Pulizija li kkontrollaw is-sitwazzjoni.

Jidher li l-inċident seħħ f’Raħal Ġdid, fuq il-vettura ta’ rotta numru 3.

Sorsi li tkellmu magħna qalulna li l-inċident beda meta raġel xurban, għal xi raġuni, beda jinsulta lil passiġġier li kien fuq tal-linja ħdejh. L-argument kompla jisħon, sakemm fl-aħħar spiċċat inqalgħet ġlieda, bil-pubbliku jkollu jintervjeni biex jifred liż-żewġ persuni.

Il-Pulizija wasslet fil-post ftit wara li ġara l-inċident, u ħadet lir-raġel xurban lejn l-għassa tal-lokal.

L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ jinsabu għaddejjin.