It-tim nazzjonali Malti tal-Futsal temm l-impenji tiegħu b’rebħa fit-turnament internazzjonali ta’ ħbiberija li ntlagħab f’pajjiżna. Fl-aħħar logħba f’Kordin it-tim Malti lbieraħ għeleb lill-Ġibiltà 1-0 b’gowl ta’ Matteo Desira Buttigieg.
B’hekk Malta spiċċat fit-tieni post bi tliet punti wara s-Serbja li rebħu ż-żewġ partiti tagħhom, 4-1 kontra Malta u 10-2 kontra Ġibiltà li b’hekk baqgħu mingħajr punt.
//= $special ?>