Internazzjonali Saħħa

Tama fil-ġlieda kontra l-AIDS

Id-dinja fl-aħħar laħqet il-bidu tat-tmiem dwar il-marda tal-AIDS li infettat u qatlet miljuni ta’ persuni f’dawn l-aħħar 30 sena.
In-numru ta’ każi ġodda fejn persuni ġew infettati bl-HIV f’din l-aħħar sena kien inqas min-numru ta’ persuni li rriżultaw pożittivi għall-HIV u li ngħaqdu ma’ dawk biex jiksbu aċċess għall-mediċini li jridu jieħdu għal għomorhom sabiex jikkontrollaw l-AIDS.
Iżda f’rapport biex tfakkar il-Jum Dinji dwar l-AIDS, il-kampanja ONE, grupp li qed jaħdem biex itemm il-faqar u jipprevjeni l-marda fl-Afrika, avża li għax intlaħaq l-għan ma jfissirx li t-tmiem tal-AIDS hu wara l-kantuniera.
Tagħrif provdut min-Nazzjonijiet Uniti juri li matul is-sena li għaddiet, 35 miljun persuna kienu qed jgħixu bl-HIV, 2.1 miljun persuna ġew infettati bil-virus u madwar 1.5 miljun persuna mietu minħabba l-AIDS. L-akbar parti mill-piż tal-HIV u l-AIDS tinsab fl-Afrika taħt id-deżert Saħara.
UNAIDS, l-aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-HIV, tgħid li sa Ġunju ta’ din is-sena, xi 13.6-il miljun persuna madwar id-dinja kellhom aċċess għal mediċini kontra l-AIDS – tisħiħ drammatiku fuq il-ħames miljun persuna li kienu qed jieħdu l-kura fl-2010. entrata ħafna fost popolazzjonijiet li huma diffiċli biex jintlaħqu, bħalma huma persuni li jabbużaw mid-droga, irġiel omosesswali u prostituti – gruppi li xi kultant jitwarrbu u jsibu problemi biex jiksbu aċċess għall-kura u servizzi ta’ prevenzjoni.