Għawdex Lokali

Annimali maqtula kawża ta’ nirien f’razzett fin-Nadur

Arkivji

11-il annimal spiċċaw vittmi ta’ ħruq li seħħ matul il-lejl li għadda f’razzett fin-Nadur. Il-Pulizija mhux qed teskludi li n-nirien fir-razzett, fi Sqaq fi Triq San Ġakbu u li jwassal għal Triq il-Qala, setgħu tqabbdu b’vendikazzjoni.

L-annimali mejta, erba’ tiġiġiet, tliet nagħġiet, żewġ mogħżiet u żewġt iħrief instabu kmieni dalgħodu minn sid ir-razzett, Alfred Attard ta’ 61 sena, li jgħix ftit ‘il bogħod mir-razzett.

MaltaRightNow.com jinsab infurmat li bħala parti mill-investigazzjonijiet, il-Pulizija ġabret filmati minn sistema ta’ sigurtà ta’ residenti fil-viċin.

Il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri qed tmexxi Inkjesta Maġisterjali.