Yacine Brahimi kien ivutat bħala l-Plejer Afrikan tas-Sena tal-BBC għall-2014.
Il-midfielder ta’ 24 sena sar l-ewwel Alġerin li rebaħ dan l-unur li kien deċiż mill-partitarji tal-futbol.
Il-winger ta’ Porto, Brahimi qal, “Dan hu unur kbir għalija u nafu lil pajjiżi, lill-Alġerija u lil dawk kollha li vvutawli. Hu wkoll trofew għall-Afrika kollha għaliex tippremja plejer Afrikan u għalhekk jien kuntent.”
Wara li ntefgħu numru rekord ta’ voti fil-207 pajjiżi reġsitrati mal-FIFA, Brahimi temm l-ewwel quddiem in-Niġerjan Vinent Enyeama, Pierre-Emerick Aubameyang tal-Gabon u l-koppja Ivorjana, Gervinho u Yaya Toure.
Matul din is-sena Brahimi bbrilla kemm mal-klabb kif ukoll ma’ pajjiżu. Huwa kellu sehem importanti mal-Alġerija fit-Tazza tad-Dinja u għern lit-tim jasal mal-aħħar 16 għall-ewwel darba u skorja l-ewwel gowl internazzjonali fir-rebħa 4-2 fuq il-Korea t’Isfel fil-fażi tal-gruppi.
Domestikament Brahimi beda s-sena mal-klabb Spanjol ta’ Granada fejn il-wirjiet konvinċenti li kellu waslu biex l-istaġun li għadda kien magħżul bħala l-aħjar plejer tal-Afrika fil-pajjiż u mbagħad sieħeb lil Porto.
Huwa skorja sitt gowls fi 15-il logħba mal-klabb il-ġdid u qed jibbrilla fil-futbtol ewropew fejn skorja hat-trick fl-ewwel logħba tal-gruppi fiċ-Champions League.
Huwa se jkun parti mill-iskwadra Alġerina li se tilgħab fil-finali tat-Tazza Afrikana fil-Guinea Ekwatorjali bejn is-17 ta’ Jannar u t-8 ta’ Frar.
//= $special ?>