POWERBOATS: Is-sewwieq Malti tal-Powerboats Aaron Ciantar u l-crew tiegħu jinsabu f’Abu Dhabi fejn din il-ġimgħa se jsir l-aħħar round mill-kampjonat tad-dinja tal-Powerboats ta’ Klassi 1 UIM.
Din il-klassi hi riservata għal dghajjes ta’ mhux anqas minn 36 pied u mhux itwal minn 43 pied b’makni inboard li jistgħu jilħqu aktar minn minn mitt mil fis-siegħa.
Din il-kompetizzjoni meqjusa bħala l-masimu tat-tlielaq offshore diġà pprovdiet żewġ rounds mill-aktar eċċitanti fil-Mediterran, il-Grand Prix ta’ Ibiza fi Spanja u dak tal-Italja f’Terracina.
F’dawn iż-żewġ tiġrijiet Ciantar flimkien mal-ekwipaġġ tiegħu ta’ team Chaudron temm rebbieħ u dikjarat Champion ewropew wara li rebaħ it-tiġrija f’Ibiza u temm it-tieni f’dik tal-Italja.
Il-kompetizzjoni f’Abu Dhabi se ssir bejn l-Erbgħa u l-Ġimgħa fejn se jieħdu sehem 15-il tim, sebgħa fi Klassi 1 u tmienja fi Klassi V1.
Ciantar flimkien mal-Franċiz Dominique Martini li hu t-throttle man, jafu tajjeb li rebħa f’Abu Dhabi tinkuranahom Champions tad-dinja f’din il-kategorija.
Jekk dan iseħħ Ciantar ikun rebaħ il-kampjonat tad-Dinja erba’ darbiet bħala membru tat-tim u s-sitt wieħed bħala produtturi tad-dgħajsa Chaudron.
//= $special ?>