Internazzjonali

Iċ-Ċina ma tħallix membri parlamentari Ingliżi biex iżuru Hong Kong

L-awtoritajiet Ċiniżi f’Beijing xejnu l-kritika dwar id-deċiżjoni tagħhom biex ibiegħdu grupp ta’ membri parlamentari Ingliżi milli jivjaġġaw lejn Hong Kong. Iċ-Ċina avżat li nazzjonijiet barranin m’għandhom ebda dritt jindaħlu f’dawk li hi tikkunsidra bħala “affarijiet interni”.

Ġurnata wara li Sir Richard Ottaway, iċ-Chairman tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, akkuża lill-awtoritajiet f’Beijing talli imblukkaw lill-grupp tiegħu milli jwettaq missjoni ta’ tiftix għall-eks kolonja aktar tard matul dan ix-xahar. Uffiċjali Ċiniżi xejnu l-kritika tiegħu.

Sir Richard kien attakka l-mossa “konfrontattiva ħafna” u “redikola” biex ma jitħallhiex iżur Hong Kong, iżda kelliem għall-Ministeru tal-Affarijiet Barranin stqarr li kien il-kumitat għall-membri parlamentari konservattivi u mhux iċ-Ċina li qed ikun provokattiv.