Baġit 2015 Lokali

Il-gass għall-Enemalta se jasal 18-il xahar ieħor, mhux ċar minfejn

Il-Gvern qed jippjana li l-Enemalta tibda tirċievi l-provvista tal-gass għall-elettriku minn Ġunju 2016, jiġifieri 18-il xahar ieħor. Dan ħabbru l-Ministru Konrad Mizzi, meta fil-Parlament kien mistenni jħabbar il-pjan il-ġdid tal-Gvern wara li ma wettaqx il-wegħda prinċipali tiegħu li l-Power Station il-ġdida tkun lesta sa sentejn mill-elezzjoni ġenerali, jiġifieri f’Marzu li ġej.

Dan li ħabbar il-Ministru Konrad Mizzi juri wkoll li l-Power Station il-ġdida mistennija tkun lesta mill-anqas 18-il xahar ieħor, jiġifieri 16-il xahar aktar tard mill-pjan oriġinali tal-Gvern Laburista. Qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet, il-Prim Ministru Joseph Muscat kien qal li jekk il-Power Station il-ġdida ma tkunx lesta sa sentejn mill-elezzjoni ġenerali, jiġifieri sa Marzu 2015, hu kien se jirriżenja.

Madankollu, meta ftit tal-ġimgħat ilu kien qal li l-mira ta’ tliet xhur oħra mhux se tintlaqat, Muscat kien dawwar il-verżjoni.

Aktar dettalji dalwaqt …

Segwi x’kien qal il-Prim Ministru Muscat waqt Dissett sena wara l-elezzjoni ġenerali.