Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum it-Tlieta, it-2 ta’ Diċembru.

IN-NAZZJON jirrapporta dak li ħareġ mid-dibattitu tal-bieraħ waqt il-programm Reporter, fejn naraw li spikkat differenza ċara bejn iż-żewġ mexxejja. Rapport ieħor jgħid li l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija qed tisħaq mal-Gvern biex jieqaf jimmina l-indipendenza u l-integrita’ tal-Korp tal-Pulizija.

THE MALTA INDEPENDENT tfakkarna li llum suppost ikollna ħjiel dwar il-Pjan tal-Gvern għall-Powerstation. L-istess ġurnal jibqa’ jtenni dak li ġie rappurtat il-Ħadd fil-MALTA INDEPENDENT ON SUNDAY dwar in-number plate tal-karozza li kienet imblukkat il-Helipad fl-Isptar San Luqa F’Awwissu li għadda.

L-ORIZZONT jgħid li l-Qorti ma laqgħetx talba biex jitwaqqaf il-proċess għal-liċenzja tal-casino l-ġdid.

THE TIMES OF MALTA tikkwota dak li qal il-Ministru Manwel Mallia fil-Parlament fejn hu qed jgħid li qatt ma ordna cover-up fil-każ tal-isparatura tax-xufier tiegħu.