Minkejja li qal li hu l-aktar Gvern femminista fl-istorja, mill-bieraħ, numru ta’ ħaddiema nisa fl-Enemalta ma baqgħux jibbenefikaw mill-flexi-time. Dan ifisser li l-ommijiet ta’ familji se jkollhom jaħdmu aktar sigħat bit-teleworking jew reduced hours, jiġifieri anqas dħul għall-familji tagħhom.
Fi stqarrija f’isem il-Kelliem għall-Enerġija u l-Konservazzjoni George Pullicino u l-Kelliema għad-Djalogu Soċjali u l-Libertajiet Ċivili Claudette Buttigieg, il-Partit Nazzjonalista qal li għal darb’oħra, il-Gvern ta’ Joseph Muscat qed jinqabad f’gidba oħra, b’Baġit mhux “female centric“, kif iddeskrivieh il-Ministru Edward Scicluna. Min-naħa l-oħra, dan hu Baġit li pinġa lill-mara bħala persuna li tabbuża mill-benefiċċji, tant li bħala kastig se jbatu n-nisa li jaħdmu fl-Enemalta.
//= $special ?>