Francesco Schettino, li kien il-kaptan tal-vapur lussuż Costa Concordia, illum xehed għall-ewwel darba fil-ġuri li qed jgħaddi fil-konfront tiegħu, dwar qtil mhux premeditat, fil-belt ta’ Grosseto fl-Italja.
Schettino ried li “joqtol tlett għasafar b’ġebla waħda” meta dderieġa l-vapur lussuż tal-passiġġieri lejn il-gżira ta’ Giglio, f’manuvra li spiċċat f’diżastru u ħasdet il-ħajja ta’ 32 passiġġier u membri tal-ekwipaġġ.
L-eks kaptan qal li hu kien ħerqan li “jsellem” lill-gżira żgħira sabiex jogħġob lill-head waiter tal-vapur, li l-familja tiegħu kienet minn Giglio, biex jimpressjona ħabib u eks kaptan tal-vapur, li kien qed jgħix fil-gżira, u biex jipprovdi spettaklu għall-passiġġieri tiegħu, li hu ħaseb li setgħu gawdew ix-xenarju bil-lejl abbord.
Il-ġuri ikompli, bil-verdett mistenni jingħata fil-bidu tas-sena l-ġdida.
Il-bastiment lussuż Concordia, li kien għereq, baqa’ ‘il barra minn Giglio għal sentejn u nofs oħra, sakemm reġa’ tela’ fil-wiċċ u ġie rmunkat lejn Genoa f’Lulju.
//= $special ?>