L-aġenzija internazzjonali Bloomberg illum qed tirrapporta kif il-Maltin iħallsu fost l-ogħla prezzijiet għall-fules fid-dinja.
Fil-lista internazzjonali, Malta tinsab mal-ewwel 20 – preċizament fis-17-il post. Dan ifisser li l-Maltin iħallsu prezz għall-fuels ferm aktar minn ħaddiema u familji fl-Ewropa, bħal per eżempju is-Slovenja, l-Awstrija, l-Iżvezja u Franza.
Skont dan ir-rapport dinji, il-prezz ta’ kull gallun gasoil f’Malta hu ftit aktar minn €5.43, li jpoġġina b’wieħed mill-aktar prezzijiet għoljin fl-Ewropa u fid-dinja.
B’paga medja ta’ 55 euro kuljum, il-prezz tal-fuels mill-pompa jieħu parti kbira ħafna tas-salarju – 10% tal-paga għal kull gallun.
//= $special ?>